Mil-lum, dawk li għadhom ma ġabrux il-vot tagħhom jistgħu jagħmlu dan personalment mill-Uffiċċju Elettorali min-Naxxar jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, ir-Rabat, għall-Għawdxin.
Sal-bieraħ f'nofsinhar 21,500 persuna kienu għadhom ma ġabrux il-vot tagħhom.
Dawk irreġistrati f'Malta jridu jiġbru l-vot mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar u dawk irreġistrati f'Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità li jinsab fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat.
Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:
It-Tnejn 21, it-Tlieta 22 u l-Erbgħa 23 ta’ Marzu, 2022:
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm
Il-Ħamis, 24 ta’ Marzu, 2022 (l-aħħar jum):
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl
Trid tiġi ppreżentata l-karta tal-identità personalment. L-ebda dokument ieħor ma jista’ jkun aċċettat għal dan l-iskop.
Aqra wkoll: