Ara kif se jkunu qed jivvotaw il-pazjenti fl-isptarijiet u l-anzjani f'dar ta' kura
Importanti li l-pazjenti u anke l-anzjani jkollhom għandhom id-dokument tal-vot

More in Politika
Importanti li l-pazjenti u anke l-anzjani jkollhom għandhom id-dokument tal-vot
Bħalma jsir fl-elezzjonijiet kollha, il-pazjenti li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet u anke l-anzjani residenti fi djar ta' kura se jkunu qed jivvotaw fil-votazzjoni bikrija, jiġifieri mhux dakinhar tas-26 ta' Marzu.
Il-jum tal-votazzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:
Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 a.m sal-10.00 p.m mingħajr waqfien.
Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani jivvotaw f’dawn il-postijiet (fid-19 ta’ Marzu, 2022), dawk il-votanti li huma reġistrati f’dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 12 ta’ Marzu, 2022;
Dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta’ xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f’San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu, 2022;
Fid-19 ta’ Marzu ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f’dawn l-istituzzjonijiet.
Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jivvotaw f’dawn il-postijiet (fl-24 ta’ Marzu, 2022) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta’ filgħaxija tat-Tnejn, 21 ta’ Marzu, 2022, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom.
Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu fil-pussess tagħhom sal-20 ta’ Marzu, 2022.