Biżżejjed provi biex John Dalli jitpoġġa taħt Att ta' Akkuża fuq attentat ta' tixħim

L-eks Ministru tal-Finanzi u eks Kummissarju qed ikun akkużat b'attentat ta' tixħim ta' madwar €60 miljun biex titneħħa l-projbizzjoni tal-isnus

Il-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex l-eks Ministru tal-Finanzi u eks Kummissarju Ewropew John Dalli jitqiegħed taħt att ta' akkuża fuq l-kwistjoni u l-akkużi ta' allegat tixħim li jlaħħaq is-€60 miljun, li jingħad illli talab f'ismu Silvio Zammit.

Huwa fil-fatt kien akkużat - aktar kmieni dan ix-xahar - b'attentat ta' tixħim u li uża l-influwenza tal-poter tiegħu sabiex titneħħa projbizzjoni tal-prodott tat-tabakk snus, madwar l-Unjoni Ewropea. 

Iktar kmieni waqt is-smigħ eks impjegati tal-British American Tobacco xehedu kif huma kienu mitlubin jiftħu uffiċċju biex ikollhom kuntatt ma' Dalli f'isem il-lobby tal-European Smokeless Tobacco. Impjegat xehed dwar kif is-superjuri tiegħu kellhom bżonn assistenza u t-talba għaddiet għal għand Zammit. L-aġenda tal-laqgħa ntbagħtet lil Dalli u kienet irranġata laqgħa għal Awwissu. 

More in Politika