Il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista jagħtu l-awguri lil Metsola

Iż-żewġ partiti ferħu lil Roberta Metsola li għadha kemm ġiet eletta b’maġġoranza assoluta bħala President tal-Parlament Ewropew

Il-Partit Nazzjonalista kien minn tal-ewwel li awgura lil Roberta Metsola l-ħidma t-tajba. 

Fl-istqarrija il-Partit Nazzjonalista feraħ lil Metsola li għadha kemm ġiet eletta b’maġġoranza assoluta bħala President tal-Parlament Ewropew. "Il-Partit Nazzjonalista hu kburi b’Roberta Metsola, membru tiegħu li tirrappreżentah fil-Parlament Ewropew," qal il-PN.

Fil-fatt il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, fl-ewwel reazzjoni dlonk qal li Roberta Metsola hi xempju tal-istandards politiċi li jħaddan il-partit. Qal ukoll li huwa konvint li "hija se tkun qed tħares l-interessi tal-poplu Ewropew bħal ma dejjem ħarset l-interessi tal-poplu Malti."

Għaldaqstant il-Partit Laburista wkoll awgura lil Metsola permezz ta' stqarrija. L-istqarrija tawgura lil Roberta Metsola għal "ħidma pożittiva kemm fl-interess tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-interess ta’ Malta."

More in Politika