L-MEA ma taqbilx li 400 ħaddiem tal-Air Malta jingħataw impjieg mal-Gvern

L-Assoċjazzjoni tgħid li din se tibgħat il-messaġġ li l-ħaddiema tal-Air Malta huma "speċjali aktar" minn nies bla xogħol oħra 

L-Assoċjazzjoni Maltija ta' min Iħaddem (MEA), tgħid li s-sitwazzjoni kurrenti tal-Air Malta hija riżultat ta' azzjonijiet li ma ttieħdux f'waqthom u deċiżjonijiet strateġiċi ħżiena. L-MEA żiedet tgħid li huwa essenzjali li meta pjanijiet ta' azzjoni jiġu mfassla għandhom isiru mingħajr interferenzi politiċi. 

L-MEA temmen li dawk il-ħaddiema li tilfu xogħolhom mill-Air Malta m'għandhomx imorru jaħdmu mal-Gvern, għaliex dan is-settur diġà huwa wieħed mimli bil-ħaddiema u b'din l-iskema se l-Gvern se jkun qiegħed ikopri l-ispiża ta' €15-il miljun. 

"Din se twassal messaġġ ħażin li ċertu ħaddiema Maltin għandhom drittijiet aktar minn oħra, fejn oħrajn iridu joqgħodu jistennew biex isibu mpjieg. Fl-istess waqt għadd ta' kumpaniji qed igergru fuq nuqqas ta' ħadiema. Jista' jagħti l-każ li ħafna mill-ħaddiema tal-Air Malta għandhom l-abiltajiet meħtieġa biex jaħdmu f'dawn l-istess kumpaniji," spjegat l-MEA. 

Fl-aħħar l-MEA temmet tgħid li lesta li tgħin lill-Awtoritajiet tal-Gvern biex jgħinu lil dawn il-ħaddiema jsibu impjieg fis-settur privat.  

More in Politika