Jason Azzopardi jgħid li l-Gvern ma’ laqax l-abbozz imressaq mill-Oppożizzjoni għall-ewwel qari

Darba kull tliet xhur l-Oppożizzjoni jkollha d-dritt li tressaq l-aġenda tagħha, jekk il-Gvern jaqbel

Id-Deputat Jason Azzopardi jgħid li l-Gvern ma’ aċċettax li l-abbozz imressaq mill-Oppożizzjoni jibda’ jinqara fil-Parlament. Dan l-abbozz kien jinkludi fih numru ta’ atti biex jiġu rrispettati u mwettqin il-konklużjonijiet tal-inkjesta pubblika fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fost oħrajn.

Tajjeb li wieħed ifakkar li skont il-peressi Parlamentari darba kull tliet xhur l-Oppożizzoni tagħżel hi l-aġenda li għandha tiġi diskussa fil-Kamra tar-Rappreżentanti. Minkejja dan, jekk il-Gvern ma’ jaqbilx ma din l-aġenda, din ma’ ssirx.

Fost l-Atti li qed tressaq l-Oppożizzjoni hemm li wieħed jagħti protezzjoni lill-ġurnalisti kif ukoll li jiġi stabilit uffiċċju ta’ Maġistrat Inkwerenti Speċjali kontra l-korruzzjoni.

Att ieħor huwa dak li permezz tiegħu jiġi maħluq reat meta persuna ma tiddikjarax xi ħaġa jew inkella tiddikjara falz quddiem awtorità ġudizzjarja fi proċedimenti kriminali meta dik il-persuna għandha d-dritt li tibqa’ siekta u, jew id-dritt li ma tinkriminax ruħha, dak li jissejjaħ l-intraċċ tal-ġustizzja.

Apparti Atti oħra proposti, l-Oppożizzjoni qed tressaq ‘il quddiem Att li joħloq Ivern Interim mix-xoljiment ta’ elezzjoni ġenerali sal-ġurnata li dan jerġa’ jiftaħ wara elezzjoni ġenerali biex b’hekk ma jkunx hemm lok ta’ abbuż mill-poter watt dan iż-żmien hekk politikament sensittiv.

More in Politika