Thake jissospendi lilu nnifsu... kumpanija oħra tiegħu b'kont ta' nofs miljun dovuti f'VAT

Dan jiġi ġimgħa wara li Vanilla Telecoms, kumpanija oħra ta' Thake, kien żvelat li kellha tagħti €270,000 f'VAT - li issa huma parti minn ftehim mad-Dipartiment tal-Gvern biex jitħallsu lura. 

Kumpanija li hija tad-Deputat Nazzjonalista David Thake jirriżulta li ma kellha ebda kontijiet mal-Malta Business Registry minn meta twaqqfet fl-2011, ħlief għar-returns tat-taxxa. Jidher illi l-kumpanija Maltashopper Ltd u Maisons Du Monde - it-tnejn ta' Thake -  b'kollox għandhom jagħtu ftit aktar minn nofs miljun lid-Dipartiment tal-VAT, preċiżament €550,000. Is-sit Maltatoday qal li dawn il-ħlasijiet jmorru lura diversi snin ukoll. 

Wara dan kollu żvelat illum Thake ssospenda lilu nnifsu mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, fejn kien jokkupa l-kariga bħala Kelliem tal-PN għall-Bidla Fil-Klima, fost oħrajn. 

Dan jiġi ġimgħa wara li The Times of Malta żvelat li Vanilla Telecoms, kumpanija oħra Thake, kellha tagħti €270,000 f'VAT - li issa huma parti minn ftehim mad-Dipartiment tal-Gvern biex jitħallsu lura. 

Ikkuntattjat mill-istess sit Thake qal li "xhur ilu" kien ħa azzjoni biex persuni kompetenti jkunu jistgħu jikkumpilaw il-kontijijiet ta' Maltashopper. "Kull kont li huwa pendenti  se jkun irreġistrat dan ix-xahar u naturament kull multi għal dan in-nuqqas se jkunu imħallsa" 

Minkejja dan Thake qatt ma ċaħad li kellu jagħti €550,000 f'VAT, imma insista li dawn kollha kienu diferiti permezz ta' skema tal-Covid imħabbra mill-Gvern. 

 

More in Politika