Qassis jgħid li jekk l-aggressur ta' Dembska huwa LGBTIQ dan huwa agħar milli 'mxajtan'

Qassis għaddej bil-gwerra ta' insulti kontra persuni LGBTIQ b'libertà assoluta fuq il-midja soċjali

Fr David Muscat - il-qassis kritiku ħafna ta' persuni LGBTIQ u li diversi drabi deher f'attivitajiet ta' Norman Lowell - sostna f'kumment illi għadda fuq Facebook tiegħu illi jekk b'xi mod l-aggressur ta' Paulina Dembska kien omossesswali jew bisesswali, dan kien ikun "kundizzjoni" (għax fi kliemu l-omosesswalità hija kundizzjoni) agħar milli kieku hu ippossedut mix-xitan.

Huwa kien qed jirreferi għar-raġunijiet li dwarhom kien irrapportat li ntbagħat Monte Karmeli Abner Aquilina, li allegatament qatel u stupra lil Dembska f'Tas Sliema.  

Muscat sostna għal kumment ta' persuna li bdiet tikkritikah, illi jekk Aquilina huwa LGBTIQ jew bisesswali kif kien qed jimplika, "din diżordni oħra mal-iskizofrenija u l-effett malefiku (mxjatan.)" 

"L-inqas gravi l-possessjoni ... il-gayyagni agħar," qal Muscat.

Dan il-qassis ilu għaddej b'din il-gwerra ta' kliem kontra persuni LGBTIQ, u  jidher illi la l-Hate Crime Unit u lanqas il-Kurja - li suppost hija awtorità fuqu - għadhom ma ħadu passi konkreti fil-konfront ta' kliemu. Intant, hekk kif il-pajjiż jinsab maqbud f'diskussjoni dwar it-tixrid tal-mibgħeda, is-sessiżmu u l-misoġinija qassis tal-Knisja Kattolika jitħalla b'libertà assoluta jqabbel l-omosesswalità max-xitan!

Il-kummenti ta' Dun David fuq Facebook
Il-kummenti ta' Dun David fuq Facebook
Il-kummenti ta' Dun David fuq Facebook
Il-kummenti ta' Dun David fuq Facebook

Intant, fost il-gelgul ta' kummenti ta' diżapprovazzjoni kien hemm dak tal-MEP Josianne Cutajar. Hija sostniet li kitba bħal dik ta' Muscat "tweġġagħha" speċjalment hekk kif ġej minn min suppost jitkellem b'mod li tkun miġġielda l-mibgħeda. L-MGRM staqsiet lill-Arċisqof ta' Malta kemm se jdum ma jieħu azzjoni u kemm se jdumu jgħarrfuh bil-mibgħeda li qed ixerred qassis, mingħajr ma lanqas biss jirrikonoxxi l-messaġġi li jibgħatulu.

Dawn il-kummenti waslu biex il-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli tikteb lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar dawn il-kummenti., filwaqt li anke l-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-Ugwaljanza esprimiet rabja u kundanna għal dan il-kliem. 

 

More in Politika