Franza wkoll tiffaċċja rekord assolut ta' każi ta' Covid b'208,000 f'24 siegħa

Statistika uffiċjali Franċiża turi li dawk li kellhom bżonn jużaw l-ITU fi Franza u kienu mlaqqmin laħqu l-10 miljuni u dawk li ma ħadux vaċċin u kellhom bżonn jiddaħħlu l-ITU kienu ferm u ferm aktar: 176 miljun

Franza tilħaq rekord ta' każi
Franza tilħaq rekord ta' każi

Il-każi tal-Covid-19 qed ikomplu telgħin u mhux Malta biss qed tara numri rekord ta' każi, imma anke Franza ħabbret illi f'24 siegħa rriżultaw 208,000 każ ġdid. Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż Olivier Vèran qal li b'dawn il-figuri Franza mhux mewġa qed tesperjenza imma 'tidal wave' ta' każi." 

Il-Ministru qal illi 10% tal-popolazzjoni kienu każi ta' kuntatti ma' persuni li kellhom il-Covid-19, filwaqt li sostna illi dawk li mhumiex imlaqqmin ftit għandhom ċans milli "jaħarbu mill-agħar xenarji." 

Il-Gvern Franċiż ħabbar l-għeluq tan-nightclubs, li se jibqgħu magħluqin għal tliet ġimgħat u dawn in-numri qed iseħħu biss ftit ġranet wara li l-Prim Ministru Franċiż Jean Castex ħabbar miżuri ġodda kontra l-Covid-19, speċjalment għal nhar l-Ewwel tas-Sena. 

Quddiem il-Parlament il-Gvern Franċiż se jressaq ukoll liġi li permezz tagħha minn nofs Jannar, PCR test mhux se jibqa' biżżejjed biex tidħol f'postijiet bħal barijiet u ristoranti. 

Minkejja li 90% ta-poplu huwa mlaqqam, dawk li baqgħu ma ħadu ebda vaċċin xorta huma ftit aktar minn ħames miljun persuna. 

Statistika uffiċjali Franċiża turi li dawk li kellhom bżonn jużaw l-ITU fi Franza u kienu mlaqqmin laħqu l-10 minn kull miljun u fost dawk li ma ħadux vaċċin u kellhom bżonn jiddaħħlu l-ITU kienu ferm u ferm aktar: 176 minn kull miljun

More in Politika