Rekord fuq rekord f'inqas minn ġimgħa hekk kif instabu 1,337 każ ġdid tal-Covid-19

Minkejja dawn in-numri, il-każi fl-isptar jibqgħu l-istess, u ma jirriżulta l-ebda mewt għat-tieni jum konsekuttiv

Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 1,337 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 116 persuna sabiex it-total ta' każi attivi issa tela' għal 8,956. 

Minkejja dawn in-numri xokkanti, il-każi fl-Isptar baqgħu l-istess, bi 82 persuna l-Isptar u minnhom sitta biss fl-ITU. Fl-aħħar 24 siegħa ma rriżultat ebda mewt ta' nies li kienu pożittivi għall-Covid-19 u allura n-numru baqa' ta' 476. 

Intant in-numru ta' dożi tal-booster mogħtija sa issa tela' għal 206,661.

More in Politika