Baġit 2022 | Ir-rata ta' taxxa fuq xogħol part time titniżżel... Minn 15% għal 10%

... u l-ewwel €10,000 f'overtime se jibdew jiġu ntaxxati bil-15%

Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana llejla ħabbar illi l-ewwel €10,000 fi dħul mill-overtime se jibdew jiġu intaxxati bil-15% għal dawk li ma jaqilgħux aktar minn €20,000 fis-sena f'paga bażika u li ma għandhomx pożizzjoni maniġerjali. Din il-miżura se tfisser €6 miljuni fi traħħis tat-taxxa u tali miżura se taffetwa lil madwar 30,000 persuna. 

Intant il-Ministru Caruana ħabbar ukoll illi l-Gvern se jkun qed inaqqas ir-rata ta' taxxa fuq xogħol part time, minn 15% għal 10%. Minn din il-miżura se jibbenefikaw 23,000 ħaddiem u l-miżura se tiswa' €5 miljuni.

Caruana ħabbar ukoll li sabiex persuna jkollha pensjoni aħjar se jibdew jitħallew iħallsu l-bolla fuq aktar minn xogħol part time wieħed, liema miżura se taffetwa madwar 10,000 persuna. 

 

More in Politika