Sondaġġ: Il-Partit Laburista minn fuq b'madwar 50,000 vot u Abela 23% aktar fdat minn Grech

Il-Gvern jingħata punti tajbin fl-ekonomija u l-flus u punti ħżiena fl-ambjent u korruzzjoni

L-aħħar sondaġġ tal-Maltatoday ma tantx jagħti aħbarijiet sbieħ lill-Partit Nazzjonalista hekk kif mistoqsjijin lil min jivvotaw kieku kellha issir elezzjoni ġenerali illum, 43.2% tal-poplu jivvota lill-Partit Laburista filwaqt li 27.3% jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista - differeza ta' 16% jew inkella madwar 50,000 vot.

L-ADPD rreġistrat 1.6% jew żieda ta' 0.4% li hija taħt il-marġini ta' żball.

Intant mistoqsijin lil min jafdaw l-aktar - hux lill-Prim Ministru Robert Abela jew lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech id-distakk jaqbeż l-20%, b'49.2% jgħidu li jafdaw lil Abela filwaqt li kienu kważi 26% li qalu illi jafdaw lil Grech - differenza ta' 23%. Dan ifisser illi Abela huwa ħafna aktar popolari mill-Partit Laburista, li jfisser illi l-potenzjal tal-PL li jżid il-voti huwa ta' 6%. Dan filwaqt illi Grech huwa inqas popolari mill-PN b'1%.

Il-Gvern huwa ġġudikat b'mod pożittiv fuq l-ekonomija u flus fil-but, imma fuq l-ambjent u l-korruzzjoni l-ġudizzju huwa wieħed ħażin ħafna. 

More in Politika