Gafà jgħid li l-allegazzjoni dwar il-mowbajl ta' Schembri mhix minnha u tattika biex ittawwal iż-żmien

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà jisħaq li d-dejta investigata sal-lum minn mowbajl ta' Schembri ma għandha xejn x'taqsam mal-assassinju ta' Caruana Galizia

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà wieġeb illum għal dak li qalu lbieraħ l-avukati ta' Yorgen Fenech - jiġifieri li l-pulizija għandhom l-informazzjoni li kienet fil-mowbajl li Keith Schembri qal li ma setax isib. Gafà sostna li din l-allageazzjoni mhijiex minnha u hija sempliċiment tattika biex ittawwal il-proċeduri.

F'risposta għall-applikazzjoni tal-avukati ta' Fenech - li fiha intqal illi d-dejta mill-mowbajl suppost mitluf ta' Schembri kienet għand il-pulizija - il-Kummissarju poġġa l-bżonn tal-prova ta' dak li qed tgħid id-difiża fuqha stess.

Il-każ Kostituzzjonali ta' Fenech biex investigatur ewlieni jitneħħa mill-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kellha ssir deċiżjoni fuqu f'Novembru, imma issa d-difiża qed tgħid li l-mowbajl ta' Schembri "fih informazzjoni li tikkonferma dak li qed jgħid Yorgen Fenech."

Il-Kummissarju tal-Pulizija iżda sostna li l-applikazzjoni tal-avukati ta' Yorgen Fenech hija "nulla" u li d-dejta analizzata sal-lum ma għandha ebda relevanza mal-każ tal-assassinju. 

L-Avukati Chris Soleri u Maurtizio Cordina mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ffirmaw din ir-risposta. 

More in Politika