Il-PN jitlob lil Prim Ministru jieħu azzjoni la l-Ministru Camilleri 'waqa' fil-muta"

Għaddew 48 siegħa mill-mewt ta' Colin Galea, priġunier li pprova jagħmel suwiċidju u miet tmient ijiem wara.

Il-fatt li l-Ministru Byron Camilleri għadu ma qal xejn rigward il-priġunier li ħalla ħajtu din il-ġimgħa ma niżżlet xejn sewwa mal-Partit Nazzjonalista. 

Fi stqarrija il-PN qal li hemm nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Ministru Camilleri f'dik imsejjħa "riforma fit-tmexxija fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin" kif ukoll fil-konfront tad-direttur tal-faċilità li sa issa għadu hemm.

"Il-Ministru Byron Camilleri qed jibqa’ ċass quddiem din is-sitwazzjoni u b’irresponsabbiltá qed jibqa’ jibbaża ruħu fuq inkjesta li sejjaħ ftit jiem ilu. Inkjesta li hi mifnija b’kunflitti ta’ interessi."

Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Prim Ministru, biex ma jistenniex mewta oħra u minnufih jara li l-proposti tal-Oppożizzjoni, kif ukoll dawk ta’ diversi esperti fis-settur, dwar riforma fil-ħabs, jitwettqu mingħajr aktar dewmien, fosthom li jiġi pprovdut trattament xieraq lill-vittmi tad-droga l’ bogħod mill-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin la darba il-Ministru Camilleri "waqa' fil-muta".

Għaddew 48 siegħa mill-mewt ta' Colin Galea, priġunier li pprova jagħmel suwiċidju u miet tmient ijiem wara. Colin Galea huwa it-13-il priġunier li miet sa mill-2018 u t-tieni wieħed sa issa, din is-sena. 

Il-Ħadd li għadda f'artiklu li deher fuq il-gazzetta ILLUM, Peppi Azzopardi irrakonta kif il-priġunier li kien jaqsam iċ-ċella ma' Galea mar lura fiċ-ċella u sabu jitgħallaq.

More in Politika