Il-każi attivi tal-Covid-19 jibqgħu neżlin hekk kif jirriżultaw 51 każ ġdid u jfiequ 118

L-ebda mwiet fl-aħħar 24 siegħa 

Il-każi attivi ta' Covid-19 fil-komunità baqgħu neżlin hekk kif fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 51 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 118-il persuna, biex b'hekk il-każi attivi niżlu għal 741.  Dawn il-51 irriżultaw minn total ta' 3,417-il swab test u allura jfisser rata ta' pożitività ta' 1.5%. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm ebda mewt kawża tal-virus. 

Sal-bieraħ it-total ta' dożi mogħtija kien ta' 780,770 b'401,390 persuna jkunu ħadu ż-żewġ dożi. 

More in Politika