Repubblika tgħid li jekk l-istorja ta' chats bejn Delia u Yorgen Fenech hija vera għandu jirriżenja minn Deputat

Hija tgħid ukoll li għadha qed tistenna r-riżenja tal-Ministru Zammit Lewis...

L-għaqda Repubbika sostniet li jekk huwa veru illi kien hemm konverżazzjoni bejn l-eks Kap tal-PN Adrian Delia u Yorgen Fenech, waqt d-dibattitu ta' 17 Black dan għandu jirriżenja minn Deputat. L-għaqda kienet qed tirreaġixxi għal storja mis-sit Lovin Malta li tgħid illi konverżazzjoni bejn it-tnejn seħħet propju waqt li l-PN kien qed jikkritika dak żvelat dwar 17 Black - u allura li Fenech kien sid din il-kumpanija f'17 Black. 

Delia nnega u qal li din l-istorja hija "gidba" li għandha tkun irtirata minnufih.

L-għaqda fakkret ukoll li hi għadha qed tistenna r-riżenja tal-MInistru Edward Zammit Lewis wara li rriżulta li anke dan kellu diversi konverżazzjonijiet ma' Fenech, b'waħda mill-konverżazzjonijiet illi fiha hu jakkuża lill-votanti Laburisti bħala "ġaħan" għax moħħhom fil-pożi. Nhar il-Ħadd li għadda mal-gazzetta ILLUM huwa offra apoloġija għal dan il-kumment.

More in Politika