Pulizija li ma kienx xogħol strumentali biex ikun arrestat ħalliel li hedded u seraq raġel

Mara ġiet arrestat ftit sigħat qabel hekk kif allegatament kienet mar-raġel meta seħħet is-serqa

Mara ta' 56 sena u raġel ta' 46 sena ġie arrestat ġew arrestati f'inqas minn 24 siegħa wara li raġel ta' 43 sena spiċċa vittma ta' serqa.

Ħidma konġunta bejn il-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Magguri u tar-Rapid Intervention Unit, wasslet għall-arrest taż-żewġ persuni.

Allegatament huma waqqfu lir-raġel fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, fil-Gżira waqt li kien miexi, heddewh u serquh.

Il-mara ġiet arrestat mara fil-Gżira stess u r-raġel ġie arrestat ilbieraħ filgħodu. Kien Kuntistabbli tal-Pulizija stazzjonat ir-Rapid Intervention Unit, fil-ħin li ma kienx xogħol, għaraf lir-raġel, li kien passiġġier f’vettura li kienet qiegħda tinsaq fil-Gżira.

Wara li ġew infurmati l-Pulizija, minnufih bdiet tfittxija għaż-żewġ persuni. Madwar siegħabiss wara, il-pulizija arrestaw lill-mara, fil-Gżira stess.

Fuq il-post indikat mill-kuntistabbli, intbagħtu mill-ewwel il-Pulizija tar-RIU li sabu l-vettura u ftit wara arrestaw lir-raġel.

Huma se jitressqu l-Qorti llum.

 

More in Politika