Il-Labour iwieġeb lill-PN: 'Grazzi Yorgen' waqt li Jason Azzopardi ħiereġ mill-Hilton ta' Tel Aviv

Il-Labour iwieġeb il-billboard tal-PN, b'billboard ieħor li juri lil Jason Azzopardi b'raġġiera

Il-billboard li fuqu jidher Jason Azzopardi
Il-billboard li fuqu jidher Jason Azzopardi

Il-Partit Laburista wieġeb il-billboard tal-Partit Nazzjonalista dwar Edward Zammit Lewis, b'billboard ieħor - din id-darba dwar Jason Azzopardi u mawra mħallsa minn Tumas Group tad-Deputat Jason Azzopardi fil-Hilton ta' Tel Aviv. 

Kienet il-gazzetta ILLUM li fil-fatt żvelat din il-mawra nhar il-Ħadd 8 ta' Novembru u l-fatt li għaliha kien ħallas il-Grupp li tiegħu Yorgen fenech kien direttur, b'Azzopardi jikkonferma dan u jikkonferma wkoll li meta niżel Malta kien xtara oġġetti tal-fidda li għadda lil Ray Fenech, bħala ringrazzjament għall-ħlas tal-lukanda f'Tel Aviv. 

Waqt il-progamm Xtra ftit ġranet qabel din l-aħbar Jason Azzopardi qal li sakemm jiftakar sew, ma kien ħa xejn minn Tumas Group u enfasizza li hemm differenza kbira bejn dak li seta’ ġara qabel Novembru 2018 u wara li ħarġet l-istorja li l-kumpanija 17 Black kienet fil-fatt ta’ Yorgen Fenech.

Il-billboard juri lil Azzopardi - b'raġġiera ma' rasu - ħiereġ mil-lukanda f'Tel Aviv filwaqt li jirringrazzja lil Yorgen Fenech.

More in Politika