Peregin jaqbeż iċ-ċans ta' programm fuq il-PBS hekk kif isir l-istrateġista tal-PN

Il-programm lil Lovin Malta huwa wieħed minn bosta programmi li ingħataw lil diversi organizzazzjonijiet u kumpaniji u li se jibdew jidhru fuq TVM News

Chris Peregin, l-istrateġista tal-Partit Nazzjonalista, kien offrut programm fuq TVM News, liema programm kien se jkun dwar ġrajjiet kurrenti u kien mogħti lis-sit li kien imexxi - LovinMalta, wara li dan applika. Huwa qabeż dan iċ-ċans hekk kif inħatar strateġista tal-PN madwar ġimagħtejn ilu. Peregin sostna li l-pass li ħa kien sabiex jgħin lill-Partit Nazzjonalista inaqqas id-distakk. 

Il-programm li kien se jmexxi Peregin kien se jidher fuq TVM News fejn se jixxandru diversi programmi ta' aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti, imtellgħin minn diversi entitajiet, kumpaniji u organizzazzjonijiet fosthom il-Mediatoday, il-Malta Developers' Associaton u l-Malta Employers Association. Il-programm immexxi mill-Kamra tal-aħbarijiet tal-Lovin Malta huwa bl-Ingliż u jismu Checkpoint.

 

More in Politika