700 immigrant jistennew port sigur wara li ġew salvati bejn il-Libja u Malta

L-immigranti ġew salvati fl-aħħar jiem u fosthom hemm ukoll tarbija ta' sitt xhur

Fl-aħħar jiem, 700 immigrant ġew salvati minn bastimenti umanitarji ftit 'il barra mill-kosta Libjana u dik Maltija.

Skont l-NGO SOS Mediterranee, il-bastiment Ocean Viking salva sitt gruppi ta' immigranti li sabu ruħhom f'diffikultà, f'ibħra internazzjonali, bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Fl-aħħar missjoni, il-bastiment salva 106 immigranti ftit 'il barra mill-kosta Maltija.

Skont l-istess NGO, fost dawn kien hemm tarbija ta' tliet xhur.

Ftit sigħat qabel, l-Ocean Viking u anke l-bastimenti Sea Watch u ResQship, ingħaqdu flimkien biex salvaw madwar 400 persuni li kienu jinsabu fuq dgħajsa tal-injam li kienet bdiet tegħreq.

L-Ocean Viking waħdu għandu abbord 555 passiġġier, fosthom 28 mara, li tnejn minnhom huma tqal.

Sa issa, l-NGOs, għadhom qed jistennew port sigur fejn iniżżlu lil dawn l-immigranti.

More in Politika