L-Aġenzija Maltija għall-Ikel se tkun qed tamministra s-swieq tal-Pixkerija u l-Pitkalija

L-Aġenzija Maltija għall-Ikel se tkun qed tħares swieq stabbiliti, filwaqt li tittrasforma l-operazzjonijiet tagħhom lejn sistema aktar trasparenti u ġusta

L-Aġenzija Maltija għall-Ikel se tkun qed tirregola l-prodotti tal-ikel tal-biedja u tas-sajd, filwaqt li tamministra wkoll operazzjonijiet inkluż tal-biċċerija.

L-irwol prinċipali tagħha se jkun dak li tħares is-swieq stabbiliti, filwaqt li tittrasforma l-operazzjonijiet lejn sistema aktar traċċabbli u ġusta, permezz ta' liċenzjar ġdid u proċeduri ġodda.

L-aġenzija se tkun qegħda tħallas wkoll għal "fallimenti tas-suq" ikkawżat minn produzzjoni baxxa minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna.

Tħabbret ukoll riforma fil-Pitkalija, li tippermetti sistema aktar trasparenti li permezz ta’ barcode, tippermetti lil dawk involuti jsegwu l-oriġini u l-vjaġġ tal-prodott. Dan filwaqt li l-bejgħ kollu se jiġi rreġistrat fuq sistema elettronika, b'nota tal-kunsinna maħruġa fuq kull ordni.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Anton Refalo, saħaq li l-pandemija enfasizzat il-ħtieġa li l-pajjiż jipproteġi s-sorsi tal-ikel tiegħu, u l-aġenzija il-ġdida se tkun qed tibdel il-kunċett dwar kif dan is-settur huwa mmexxi fil-pajjiż.

Huwa ċaħad li kien hemm interessi kummerċjali għall-Pitkalija, waqt li insista li l-Gvern mhux se jħares lejn il-privat jew jilliberalizza s-settur. 

More in Politika