Il-Perit David Xuereb se jmexxi l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Il-Perit Xuereb se jkun qiegħed iservi f’din il-kariga wara li Dr Manuel Mallia, li kien Chairman fl-aħħar snin, kien approvat biex ikun ir-Rappreżentant Għoli ta’ Malta fir-Renju Unit

Il-Perit David Xuereb se jinħatar bħala Chairperson tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

Fl-aħħar snin, il-Perit Xuereb serva bħala President tal-Kamra tal-Kummerċ u huwa wkoll Direttur tal-Malta Enterprise u l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni li twaqqfet reċentement.

Il-Perit Xuereb se jkun qiegħed iservi f’din il-kariga wara li Manuel Mallia, li kien Chairman fl-aħħar snin, kien approvat biex ikun ir-Rappreżentant Għoli ta’ Malta fir-Renju Unit. 

More in Politika