Il-kawża ta' Lovin Malta kontra l-istazzjonijiet politiċi se tkompli

Dan wara li s-CEO ta' Lovin Malta, Christian Peregin, irriżenja biex jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista

Il-każ tal-Qorti ppreżentat minn Lovin Malta kontra l-Avukat tal-Istat dwar l-imparzjalità fix-xandir se jkompli kif ippjanat. Is-sit Lovin Malta kkonferma li d-deċiżjoni ta' Christian Peregin li jirriżenja minn Lovin Malta u jissieħeb fil-Partit Nazzjonalista mhux se taffettwa l-każ, li kien inizjattiva crowdfunded.

Il-kawża kien bdieha propju Peregin lura fi Frar, liema kawża ġiet milqugħha ħażin minn bosta speċjalment mill-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-istazzjonijiet politiċi, ONE u NET. Il-każ quddiem il-Qorti mhux qed jitlob li stazzjon tat-TV jagħlaq iżda qed topponi t-tmexxija u l-influwenza kemm tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista fuq l-istazzjonijiet tagħhom - fi kliem ieħor trid li l-PN u l-PL ma jibqgħux sidien tan-NET u l-ONE, rispettivament.

More in Politika