Kull min jiġi bla vaċċin irid joqgħod f'lukanda ta' kwarantina bi spiża minima ta' €1,400 kull kamra

L-MTA tgħid li kull min jiġi bla vaċċin pajjiżna jeħtieġ joqgħod f'lukanda fi kwarantina mandatorja u jħallas mal-€1,400 

Hekk kif il-Gvern kellu jċedi għall-pressjoni mill-Unjoni Ewropea dwar id-dħul ta' turisti mingħajr vaċċin, issa l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed tħabbar li kull min jiġi Malta mingħajr ċertifikat tal-vaċċin, bi prova ta' żewġ dożi meħuda,  se jkollu joqgħod kwarantina ta' 14-il jum f'lukanda magħżula mill-Gvern bi spiża minima ta' €1,400 għal kull kamra. 

Din il-kwarantina hija mandatorja u se tkun qed issir minħabba li l-UE iddikjarat li r-rifjut ta' dħul ta' turisti barranin bla ċertifikat tal-vaċċin huwa "diskriminatorju". Minkejja dan, Malta tibqa' sovrana fid-deċiżjonijiet li tieħu meta persuna tasal Malta u allura tista' tobbliga l-użu tal-kwarantina meta persuna ma tkunx ivvaċċinata. 

Naturalment, dawn ir-regoli qed jiddaħħlu biex jaqtgħu qalb turisti mhux ivvaċinati milli jidħlu Malta wara żieda fil-każi kkważata minn gruppi ta' studenti, mhux ivvaċinati, li qed jistudjaw l-Ingliż f'Malta. 

 

More in Politika