Hekk kif ir-Renju Unit jirreġistra 36,216-il każ ġdid il-gżejjer Baleriċi jaf jitneħħew mil-Lista l-Ħadra

Il-Gvern Ingliż jaf jerġa' jneħħi lill-gżejjer Baleriċi mil-lista l-ħadra

Bajja f'Mallorca, Spanja
Bajja f'Mallorca, Spanja

Rapporti fuq il-midja Ingliża qed jindikaw li l-gżejjer Baleriċi (Ibiza, Mallorca u Menorca) - li huma l-uniċi destinazzjonijiet fil-Mediterran, flimkien ma' Malta fuq il-Lista l-Ħadra Ingliża - jafu jerġgħu jitneħħew minn fuq din il-lista. Dan hekk kif il-każi qed jiżdiedu kemm fi Spanja in ġenerali u fuq dawn il-gżejjer, imma wkoll fir-Renju Unit. 

Fil-fatt Mallorca qed tirreġistra 258 każ għal kull 100,000 persuna bħalissa. Spanja rat żieda qawwija - bħal kumplament tal-Ewropa, inkluż Malta - fil-każi ta' Covid-19. Fil-fatt illum Spanja rreġistrat kważi 47,000 każ ġdid ta' Covid-19, l-ogħla numru fl-aħħar ġimgħa. 

Id-deċiżjoni dwar il-Lista l-Ħadra tar-Renju Unit tittieħed għada mill-Gvern Ingliż li wkoll qed jara żieda fil-każi tal-Covid-19, bin-nies li jiddaħħlu l-isptar u l-imwiet jibqgħu relattivament baxxi, ħlief xi ftit illum. Fil-fatt fl-aħħar 24 siegħa kien hemm b'kollox 36,216-il każ ġdid u 50 mewt, fir-Renju Unit fejn il-varjant tad-Delta inxtered sew u huwa l-varjant prevalenti,  

More in Politika