Il-każi jitilgħu għal 218 minn 4,188 swab test ... rata ta' pożittività ta' 5%

Il-każi attivi jilħqu l-1,000 - L-ebda imwet kawża tal-virus

In-numru ta' każi ġodda ta' Covid-19 telgħu għal 218 fl-aħħar 24 siegħa minn total ta' 4,188 swab test, li tfisser rata ta' pożittività li hija ta' 5%. Il-każi attivi intant issa telgħu għal 1,000 hekk kif ma kien hemm ebda persuna li fieqet fl-istess perjodu ta' ħin. 

Sa issa ngħataw b'kollox 711,973 doża tal-vaċċin, li minnhom 352,523 huma persuni li ħadu t-tieni doża wkoll. 

Mill-ġdid ma kienu rreġistrati ebda mwiet kawża tal-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa.

More in Politika