Il-każi attivi jkomplu jiżdiedu hekk kif jinstabu 154 każ ġdid ta' Covid-19

B'kollox Malta amministrat 709,131 doża tal-vaċċin. 

Il-każi attivi f'Malta komplew telgħin hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 154 każ ġdid ta' Covid-19.

Issa l-każi attivi jammontaw għal 782 hekk kif fiequ 6 persuna oħra.

Sal-bieraħ, 351,395 persuna kienu mlaqqma kompletament. 373,349 ħadu l-ewwel doża u qed jistennew it-tieni waħda.

B'kollox Malta amministrat 709,131 doża tal-vaċċin. 

Fl-aħħar 24 siegħa ma kienet reġistrata l-ebda mewt ta' persuna li kienet pożittiva għall-virus, bit-total allura jibqa' ta' 420.

L-Awtorità tas-Saħħa ma tatx indikazzjoni ta' min fejn ġew il-każi jew ta' kemm hemm persuni morda bil-coronavirus wara li ġew mlaqqma. 

More in Politika