Charlie t-Tikka jieħu t-tort għal Cutajar

Skont il-bejjiegħ, Cutajar kienet preżenti għall-wiri tal-palazz tal-Imdina kif ukoll ċemplet lil Yorgen Fenech għax kien tard għal-laqgħa.

F’ittra lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, Charles Farrugia, magħruf bħala it-Tikka, jaqbel li jippreżenta aġġustament fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq id-dħul tiegħu biex jiddikjara pagamenti li rċieva minn ftehim ta’ €3.1 miljun fuq proprjetà ta’ Yorgen Fenech biex jġib tmiem għal din il-kontroversja.

Id-deċiżjoni ta’ Farrugia li jiddikjara l-ħlas kollu mill-ftehim dwar il-proprjetà ġiet ikkomunikata llum waranofsinhar mill-Ispeaker fil-bidu tal-laqgħa tal-Kumitat tal-Istandards tal-Parlament.

B'kollox ġew imħallsa €124,000 fi spejjeż ta’ senserija, b’€93,000 ġejjin mill-bejjiegħ Joseph Camilleri u €31,000 minn Yorgen Fenech. Fenech għadda l- €31,000 fi flus kontanti lil Cutajar, li suppost kellha tagħti lit-Tikka. Cutajar ammettiet li l-ħlas ta’ Fenech kien jinkludi fih rigal ta’ €9,000 għaliha. 

It-Tikka, sostna li l-flus kienu fil-fatt ħlas “ex gratia” li hu ħa għall-introduzzjoni tal-bejjiegħ u tax-xerrej - ħlas volontarju magħmul minn xi ħadd li mhuwiex obbligat kuntrattwalment li jagħmel dan -.

Cutajar ċaħdet li rċeviet xi spejjeż ta’ senserija mill-ftehim, u insistiet li ma kellha l-ebda sehem fil-bejgħ apparti li tissuġġerixxi l-isem ta’ Fenech bħala xerrej possibbli.

Madankollu l-bejjiegħ, Joe Camilleri, allega li ħallas miżati ta’ senserija lil Farrugia u Cutajar fi flus kontanti u li Cutajar kienet preżenti għall-wiri tal-palazz tal-Imdina u kienet hi li ċemplet lil  Yorgen Fenech għax kien tard għal-laqgħa.

Id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar instabet ħatja li kisret l-istandards etiċi parlamentari f'investigazzjoni li titratta l-involviment tagħha fi ftehim dwar proprjetà fl-Imdina li kellu jixtri Yorgen Fenech.

Dan jirriżulta mir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler, liema rapport għadda għand l-ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Meta rapport ma jkunx ippubblikat imma mgħoddi lill-Ispeaker ikun ifisser li nstab ksur tal-etika. 

"Yorgen Fenech kien mingħalih li qiegħed jħallas sensarija lil Farrugia"

Il-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler kien mistieden fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Istandards tal-Parlament illum. Hu ġie mistoqsi diversi mistoqsijiet, il-maġġoranza mid-deputati tal-Partit Laburista, rigward ir-rapport.

Matul id-diskussjoni inħoloq ukoll battibekk fuq liema tip ta' ecidenza għandha tkun ta' prijorità. Fost l-evidenza kontra Cutajar hemm numru ta' chats. recordings u xhieda ġuramentata.

Fir-rapport tiegħu, Hyzler sostna li Cutajar qalet lil Fenech li mingħandu hi ma riedet xejn iżda l-evidenza turi li hi xtaqet xi ħaġa. Dik ix-'xi ħaġa' waslet għad-€9,000 rigal.

Hyzler temm jgħid li Rosianne Cutajar ma kienet qed tagħmel xejn ħażin jekk kienet sensara f'dan kollux u ma kienx hemm bżonn ta' xi ħadd jaħbilha, il-problema tibqa' li l-flus ma ġewx iddikjarati. 

More in Politika