Ir-raba' żero f'ġimgħa; Ma jinstab l-ebda każ ġdid ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa

Apparti llum, la l-Ħadd li għadda, la t-Tlieta u lanqas il-Ħamis ma nstabu każi ta’ Covid-19 u dan minkejja li ħafna mill-miżuri issa ġew irrilaxxati

Għar-raba’ darba din il-ġimgħa, ma nstab l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19. Dan tħabbar dalgħodu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Waqt intervista fuq ONE Radio, il-Ministru qal li 80% tal-adulti Maltin issa ħadu mqar doża waħda tal-vaċċin.

Apparti llum, la l-Ħadd li għadda, la t-Tlieta u lanqas il-Ħamis ma nstabu każi ta’ Covid-19 u dan minkejja li ħafna mill-miżuri issa ġew irrilaxxati.

Intant, illum fiequ wkoll tliet persuni oħra, biex issa l-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta niżlu għal 29.

Madanakollu, l-awtoritajiet tas-saħħa xorta waħda qed jappellaw għall-kawtela, partikolarment biex jibqgħu jiġu mħarsa d-distanza soċjali u anke l-ilbies tal-maskra, li mal-vaċċin huma strumentali fil-ġlieda kontra l-pandemija.

Apparti minn hekk, bħalissa, Malta ma għandha l-ebda pazjent bil-Covid-19 li jinsab rikoverat fl-isptarijiet. 

More in Politika