L-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Caruana Galizia se tlesti xogħol kollu sal-15 ta' Lulju

Il-Bord, preżentament, qed jaħdem fuq ir-rapport, wara li sema' l-aħħar xhud aktar kmieni dan ix-xahar

L-inkjesta pubblika li investigat jekk l-Istat għamilx biżżejjed biex jippreveni l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ħabbret li se tkun qed tikkonkludi x-xogħol kollu tagħha sal-15 ta' Lulju.

Il-Bord, preżentament, qed jaħdem fuq ir-rapport, wara li sema' l-aħħar xhud aktar kmieni dan ix-xahar. Fost oħrajn, quddiem il-Bord tal-Inkjesta, xehdu l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, inkluż l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u anke membri tal-Kabinett.

Il-Bord tal-Inkjesta, li huwa ffurmat mill-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullino, l-eks Imħallef Michael Mallia u l-Imħallef Abigail Lofaro, twaqqaf f'Diċembru 2019, wara pressjoni li saret mill-Kunsill tal-Ewropa u mis-soċjetà ċivili.

F'kommunikazzjoni li nħarġet illum waranofsinhar, il-Bord qal li jixtieq jinforma lill-pubbliku li se jkun qed jikkonkludi xogħlu sal-15 ta' Lulju li ġej.

Kif intqal li r-rapport sħiħ mhux se jkun ippubblikat. Madanakollu, il-konklużjonijiet tal-Bord se jkunu qed jiġu ppubblikati kollha.

More in Politika