Il-każi attivi jinżlu għal 62; Żewġ każi ġodda u jfiqu erba' persuni

Sal-bieraħ, 256,079 persuna kienu mlaqqma kompletament

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru żewġ każi ġodda ta' Covid-19 filwaqt li erba' persuni oħra fiequ mill-virus.

Dan ifisser li l-każi attivi komplew jonqsu għal 62.

Ilbieraħ saru 1,721.

Sal-bieraħ, 256,079 persuna kienu mlaqqma kompletament. 335,791 ħadu l-ewwel doża u qed jistennew it-tieni waħda.

B'kollox Malta amministrat 582,206 doża tal-vaċċin. 

More in Politika