Minkejja r-rilaxx tal-miżuri l-każi jibqgħu baxxi; Erba' każi ġodda u jfiqu ħamsa

Bħalissa f'Malta hawn 67 persuna marida bil-Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru erba' każi ġodda ta' Covid-19 filwaqt li ħames persuni oħra fiequ. 

Dan ifisser li issa f'Malta hawn 67 persuna marida bil-Covid-19.

Il-każi l-ġodda baqgħu baxxi minkejja r-rilaxx ta' ħafna mir-restrizzjonijiet, b'aktar tnaqqis ta' miżuri mistenni li jitħabbar għada.

Intant kompla wkoll it-tilqim. Sa issa 246,964 persuna huma mlaqqma kompletament.

333,197 persuna qed jistennew li jingħataw it-tieni doża tal-vaċċin.

B'kollox ġew amministrati 570,513-il doża tal-vaċċin.

More in Politika