Il-PN jipproponi li l-wegħda ta' sptar mentali ġdid ħdejn Mater Dei tiġi mwettqa

Waqt konferenza tħabbar ukoll li għandha titwaqqaf il-prattika li vittmi ta' dipendenzi perikolużi jiġu rikoverati fl-Isptar ta' Saħħa Mentali

Illum il-Partit Nazzjonalista ressaq numru ta' proposti għas-settur tas-saħħa mentali, fosthom qed jipproponi li jinbena sptar tas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei - wegħda li fil-fatt kienet saret mill-Partit Laburista imma li sa issa ma kinitx imwettqa. 

Il-PN sostna li dan l-isptar spċjalizzat li qed iwiegħed, "jikkuntrasta bil-qawwi "mad-deċiżjonijiet tal-Gvern Laburista li qed jonfoq għexieren ta’ miljuni minn fo ndi pubbliċi biex iraqqa’ l-pannu bil-qargħa aħmar f’Monte Karmeli. Dan ma jagħtix ir-riżultati xierqa fis-servizzi u kura tas-saħħa mentali."dirizzata mill-Kelliema għas-Saħħa Stephen Spiteri u l-kandidati Julie Zahra u Paula Mifsud Bonnici intqal illi l-PN qed jipproponi Emergency Psychiatry Team li jopera 24 siegħa kuljum. 

Dan it-tim ikun jopera fid-dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei u jkun magħmul minn professjonisti varji fis-saħħa mentali inkluż tobba fil-psikjatrija, mental health nurses, social workers, psychologists fost oħrajn. Dan ikun jopera 24 siegħa kuljum u jkun jista’ joffri l-ewwel għajnuna u jiggwida l-pazjenti kull ħin, u għalhekk jeħtieġ li dan is-servizz ikun akkumpanjat b’kampanja ta’ għarfien.

"Ma’ dan, nintroduċu wkoll Mental Health Emergency Observation Unit fl-isptar il-ġdid tas-saħħa mentali, li jaf jagħmel id-differenza bejn ħajja u mewt. Din l-istrateġija komprensiva se twassal għal kura aktar veloċi u immedjata waqt li tipprevjeni l-waqfien kmieni tal-kura," sostnew il-kelliema tal-PN. 

Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li titwaqqaf il-prattika li vittmi ta’ dipendenzi perikolużi jiġu rikoverati fl-isptar mentali. "L-abbuż tas-sustanzi m’għandux jibqa’ jiġi trattat bħala mard mentali. "Minflok, għandha tiġi żviluppata speċjalizzazzjoni b’ħidma konġunta ma’ ċentri ta’ eċċellenza li diġà joperaw f’dan il-qasam biex nipprovdu kura denja u ffukata lill-vittmi u l-familji tagħhom," qed jipproponi l-PN. 

 

More in Politika