Aktar minn 200,000 persuna mlaqqma kompletament; Sitt każi ġodda u jfiqu ħamsa

Ilbieraħ saru 2,288 test

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru sitt każi ġodda ta' Covid-19, filwaqt li ħames persuni fiequ kompletament.

Dan ifisser li issa f'Malta hawn 66 każ attiv ta' Covid-19.

Intant, aktar minn 200,199 persuna issa huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19, hekk kif b'kollox ġew amministrati aktar minn 505,100 doża.

314,030 persuna qed jistennew biex jingħataw it-tieni doża tal-vaċċin fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.

Ilbieraħ saru 2,288 test. 

More in Politika