Pass biss 'il bogħod miż-żero! Każ wieħed biss ta' Covid-19

Dan hu l-aktar numru baxx ta' każi ġodda fl-2021 sa issa - Għas-seba' jum ma jkunu reġistrati ebda mwiet

Fl-aħħar 24 siegħa kien rreġistrat biss każ wieħed ġdid ta' Covid-19 minn total ta' 2,017-il swab test.  Dan huwa l-inqas ammont ta' każi ġodda fl-2021 u għal xhur sħaħ.  Dan filwaqt li fiequ 10 persuni oħra, biex it-total ta' każi attivi issa niżel għal 180. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa ngħataw 6,800 doża tal-vaċċin għal total ta' 406,921, bil-persuni li ħadu t-tieni doża wkoll issa jitla' għal 133,332.  

Għal darb' oħra ma kienet irreġstrata ebda mewt biex illum hija s-sebgħa jum illi fih ma kienu rreġistrati ebda mwiet. 

More in Politika