Botti u risposti bejn Delia u Azzopardi ... Se jitlaqqa' l-Kumitat Eżekuttiv tal-PN

Dan wara li Delia implika, fost l-oħrajn, li Azzopardi ma ħallasx it-taxxa dovuta minnu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sejjaħ għal-laqgħa urġenti bejn il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN għal għada. Dan wara li skont hu ġie "innutat li kien hemm posts fuq il-midja soċjali minn deputati li setgħu saru bi ksur tar-regolamenti tal-Partit Nazzjonalista."

Grech ikkonferma dan kollu permezz ta' post fuq facebook filwaqt li qal li l-istess Kumitat Eżekuttiv hu mistenni "jieħu d-deċiżjonijiet kollha li jidhirlu xierqa f’dawn iċ-ċirkostanzi."

Wara li kien innutat li kien hemm posts fuq il-midja soċjali minn deputati li setgħu saru bi ksur tar-regolamenti...

Posted by Bernard Grech on Wednesday, 5 May 2021

Il-posts li qed jirreferi għalihom Bernard Grech, huma dawk li intbagħtu bħala botti u risposti bejn Adrian Delia u Jason Azzopardi, wara dan tal-aħħar rebaħ libel kontra Ċensu l-iswed. Delia f'risposta implika, fost l-oħrajn, li Azzopardi ma ħallasx it-taxxa dovuta minnu.

More in Politika