L-eks Kap tal-PN jimplika li Jason Azzopardi ma ddikjarax id-dħul kollu tiegħu

F'sejre ta' mistoqsijiet u sfidi skjaċċanti l-eks Kap tal-PN jiftaħ il-kanuni fuq id-Deputat Jason Azzoprdi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sfida lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u implika li dan ma ddikjarax id-dħul kollu tiegħu, fost affarijiet oħrajn - apparti li implika wkoll b'mistoqsija kif kien hu biss li kellu aċċess għall-messaggi ta’ Yorgen Fenech meta mhuwiex membru fil-Korp tal-Pulizija.

"Għidilna kontx int li mort tirranġa mal-midja ‘independenti’ biex joħorġu l-qerq tiegħek front page.  Oħroġ il-provi biex tissustanzja dak li għidt illi qiegħed fil-but ta’ Yorgen Fenech. Oħroġ is-700 messaġġ li għidt li għandek fil-konfront tiegħi. Spjega kif int biss kellek.  Iddikjara dak kollu li daħħalt minflok tigdeb min żniedek," qal Delia f'implilkazzjoni lejn Azzopardi illi mhux qed iħallas dak dovut f'taxxa. 

"Spjega kif u safejn kellek qrubija mal-familja Fenech minflok tipponta subgħajk lejn ħaddieħor. Iddikjara kemm gdibt u ħdimt kontra l-Kap tal-Partit tiegħek stess meta dan kien elett demokratikament. Għid lill-poplu dwar l-inkjesta li ilha pendenti kontra tiegħek u min kien involut, minflok tivvinta fuq oħrajn. Biex tgħaqqad lill-partit mort tfittex lill min ta u rriskja ħajtu għall-Partit snin qabel ma twelidt int. Ma' Ċensu l-Iswed se toħroġ ta’ avukat?"

Delia sostna dan wara li Jason Azzopardi rebaħ €1,000 f'danni mingħand Vincent Borg magħruf bħala Ċensu l-Iswed, fuq xi ħaġa li kien qal fuq il-midja soċjali.  Ċensu l-Iswed kien attivist kbir ta' Delia u kien ikun ħafna id-Dar Ċentrali, meta Delia kien Kap. 

"Jiena naf li kien użat, li daħku bih u li kien immanipulat biex jitfa' l-ħmieġ lejja," qal Azzopardi ftit wara li rebaħ il-libell. 

Ċensu l-Iswed kien allega - fil-forma ta' mistoqsija - illi d-Deputat kien uża l-Portomaso biex jiltaqa' ma' prostituta. 

More in Politika