Volt Malta huwa partit ġdid irreġistrat f'Malta; Jgħid li hu l-ewwel partit Pro-Choice f'Malta

Volt Malta huwa s-16-il partit politiku rreġġistrat u li jagħmel parti minn Volt Europa

Il-Kummissjoni Elettorati aċċettat uffiċjalment lil Volt Malta bħala partit politiku f’Malta.

Ħabbar dan l-istess partit fi stqarrija li spjega kif Volt Malta huwa s-16-il partit politiku rreġistrat u li jagħmel parti minn Volt Europa, partit Ewropew li huwa rrappreżentat minn MEP fil-Ġermanja, tliet Deputati fl-Olanda u diversi rappreżentanti reġjonali eletti fil-Ġermanja, l-Italja u l-Bulgarija.

Volt Malta spjega kif l-għan tiegħu huwa li jaħdem fuq diversi kwistjonijiet fosthom:

  • Il-korruzzjoni, billi jenfasizza l-governanza t-tajba u s-separazzjoni tal-poter;
  • l-ambjent billi jenfasizza l-ekonomija ċirkolari;
  • id-drittijiet sesswali u riproduttivi billli jaħdem favur l-abort u l-aċċess għall-kontraċettivi kollha; u 
  • l-immigrazzjoni u l-immigranti ekonomiċi.

L-amministrazzjoni tal-Partit hija magħmulha minn:

  • President - Arnas Lasys; u 
  • Viċi President - Alexia DeBono.

Il-partit saħaq li diversi kwistjonijiet bħalma huma t-tibdil fil-klima u l-evażjoni tat-taxxa ma jistgħux ikunu indirizzati biss fuq livell nazzjonali imma fuq livell Ewropew.

More in Politika