1,066 multa f'ġimgħa ... 799 bla maskra u 83 għax kisru r-regoli dwar gruppi f'residenzi

Kien hemm ukoll każ ta' ksur tar-regoli ta' avvenimenti tal-massa

Matul il-ġimgħa li għaddiet ingħataw 1,066 multa lil dawk il-persuni li nqabdu jiksru r-regoli tal-Covid-19.

Fost dawn, 799 persuna nqabdu bla maskra, filwaqt li 160 persuna nqabdu fi gruppi ta' aktar minn erba' persuni.

Kien hemm każ ta' ksur tar-regoli ta' avvenimenti tal-massa u 83 persuna nqabdu jiksru r-regoli ta' kemm jistgħu jinġabru nies f'residenza privata.

Tmien multi ingħataw b'rabta ma' ksur tar-regoli għall-istabbilimenti u seba' persuni nqabdu jiksru l-kwarantina. 

More in Politika