Il-każi attivi jinżlu taħt it-300 - 15-il każ ġdid ta' Covid-19 u jfiqu 74

Wara ħamest ijiem mingħajr imwiet jiġu rreġistrati żewġ imwiet oħra ta' persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19

Il-każ attivi komplew neżlin sew 'l isfel hekk kif fl-aħħar 24 siegħa fiequ 74 persuna, filwaqt li mill-1,781 swab test li saru rriżultaw biss 15-il każ ġdid li jfisser illi l-każi attivi tal-Covid-19 issa niżlu għal 270. 

Intant ir-rata ta' vaċċinazzjoni kompliet titjieb hekk kif f'24 siegħa ingħataw xejn inqas minn 4,410 dożi oħra għal total ta' 335,848 doża. Sa issa b'kollox 107,068 persuna ingħataw it-tieni doża wkoll.  Malta bħalissa tinsab fuq quddiem fl-Ewropa, fl-għoti tat-tieni doża, skont statistika ppubblikata fuq is-sit euronews.  

Sfortunatament, wara ħamest ijiem mingħajr imwiet tħabbru żewġ imwiet oħra ta' nies li kienu pożittivi għall-virus:  Anzjan ta' 70 sena u ieħor ta' 91 sena, biex l-imwiet totali telgħu għal total ta' 415.

More in Politika