Filmat | Grech jgħid illi Hyzler kien biss isem wieħed minn dawk li l-PN ippropona għal Ombudsman

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jakkuża lill-Prim Ministru bi żlealtà ...

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iddeskriva bħala 'żlealtà minn naħa tal-Prim Ministru jew xi ħadd fl-uffiċċju tiegħu' l-informazzjoni ppubblikata ilbieraħ fuq dan is-sit u s-sit maltatoday.com.mt, dwar il-fatt li hu ppropona lil George Gyzler bħala Ombudsman ġdid. 

Grech saħaq illi l-ewwel li semma' kien eks imħallef li jsejjaħ "ta' integrità" u wara semma' avukatessa, li jgħid illi kienet persuna oħra ta' integrità.  Huwa qal illi Hyzler ssemma minnu, iżda qal li għamel referenza għall-Kummissarju tal-istandards għax ħaseb li t-terminu tiegħu jagħlaq f'Ottubru li ġej.  Meta sar jaf li mhux il-każ, ma baqax isemmi l-isem.  

Huwa akkuża lill-Prim Ministru illi ttradixxa l-maturità politika u qal li ma jistax jafdah aktar meta jkellmu fil-privat.  "Il-Prim Ministru qed jara kif se jattakka l-istituzzjonijiet meta ma jaqblux miegħu u qed iniżżel lill-politika f'livelli ta' nuqqas ta' maturità." 

More in Politika