'In-negozji fil-Belt litteralment imkissrin ... jekk ma jiftħux fil-bidu ta' Mejju jfisser falliment għal ħafna'

Iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency jgħid li s-sitwazzjoni tan-negozji fi-Belt Valletta hija gravi u jappella biex fl-1 ta' Mejju dawn in-negozji jiftħu, sabiex ikun evitat 'falliment permanenti'

Jason Micallef
Jason Micallef

Jason Micallef - li jmexxi wkoll il-Valletta Cultural Agency - saħaq li n-negozji li  qed ikellmuh u li joperaw mil-Belt Kaptali huma, "kollha, mingħajr eċċezzjoni, litteralment imkissrin. Il-qagħda finanzjarja tagħhom, jekk ma jiftħux mill-1 ta' Mejju li ġej se tfisser falliment permanenti."

Micallef sostna li jinsab ġenwinament inkwetat li n-negozji ta' ospitalità fil-Belt Valletta "se jmorru lura 20 sena" u jisħaq li ġejjin f'punt li lanqas l-għajnuna tal-Gvern mhi se tkun biżżejjed. 

"Dan ikun ifisser katastrofi għan-nies li nvestew il-miljuni fil-Belt Valletta fl-aħħar 10 snin, għal mijiet ta' ħaddiema li jitilfu xogħlhom u l-familji tagħhom."

"Fl-1 ta' Mejju li ġej għandhom jiftħu n-negozji kollha tal-ospitalità fil-Belt Valletta," saħaq Micallef li fakkar illi minkejja l-importanza tal-kawtela is-sitwazzjoni qatt ma kienet taħt kontroll daqs issa, speċjalment fid-dawl tal-eluf ta' dożi li ngħataw lill-poplu diġà. 

Valletta, il-mizuri ristrettivi tal-awtoritajiet kontra l-pandemija, u l-ftuh tal-bars u r-ristoranti. Jidher,...

Posted by Jason Micallef on Friday, April 16, 2021

More in Politika