Jinħatru membri ġodda tal-Ġudikatura - għall-ewwel darba ma jintgħażlux mill-Prim Ministru

Il-Kandidati eliġibbli applikaw u ġew evalwati mill-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura - b'kollox kien hemm 29 espressjoni ta' interess

Erba' prsuni llum inħatru Imħallfin fil-Qorti Superjuri ta' Malta, skont il-proċeduri l-ġodda fir-Riforma tal-Ġudikatura li kienet konkluża matul l-aħħar sena. 

Dawn huma: Il-Maġistrat Neville Camilleri, il-Maġistrat Audrey Demicoli, d-Dott. Christian Falzon Scerri u d-Dott. Ian Spiteri Bailey.

Da n il-proċess seħħ wara li saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, fit-12 ta’ Frar 2021, biex isiru espressjonijiet ta’ interess għall-ħatra ta’ erba’ ġudikanti fil-Qrati Superjuri ta’ Malta u wara li l-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura irċieva u għarbel b’kollox 29  espressjoni ta’ interess;

Nhar it-Tlieta li għaddew Frankie Mercieca, Segretarju tal-Kumitat, ippreżenta r-rapport dettaljat dwar il-kandidati li ġew irrakkomandati bħala idoneji għall-ħatra ta’ Imħallef tal-Qorti Superjuri lill-President tar-Repubblika. 

F'reazzjoni fuq twitter il-Prim MInistru Robert Abela esprima sodisfazzjon għal dawn il-ħatriet u qal li l-metodu l-ġdid li bih qed jinħatru l-membri tal-Ġudikatura jikkonferma l-ħidma tal-Gvern favur il-governanza u s-saltna tad-dritt. 

More in Politika