Kumpanija oħra tħabbar li se tkun qed toffri servizz ta' fast-ferry bejn Għawdex u l-Belt

Il-kumpanija Gozo Fast Ferry Ltd ħabbret li investiet f'żewġ katamarani għal dan il-għan bil-vjaġġ se jieħu inqas minn 45 minuta

Il-kumpanija Gozo Fast Ferry Ltd ħabbret li se tkun qed topera servizz ta' fast-ferry bejn Għawdex u l-Belt Valletta minn Ġunju li ġej u għal dan il-għan se tkun qed tuża żewġ katamarani.

Din se tkun it-tieni kumpanija li se tkun qed topera servizz ta' fast-ferry bejn Għawdex u l-Belt Valletta wara li aktar kmieni din is-sena, ħabbret l-istess il-kumpanija Virtu Ferries.

Wara l-kumpanija Gozo Fast Ferry Ltd hemm Bianchi Group u Merrill Investments, żewġ kumpaniji li għandhom esperjenza fil-qasam tas-servizz tat-trasport kemm lokalment u anke internazzjonalment.

Il-kumpanija fil-fatt investiet f'dawn iż-żewġ katamarani li qed tiddeskrivihom bħala 'state-of-the-art' u li fuq kollox iniġġsu inqas.

Kull katamaran jista' jrikkeb sa 300 passiġġier bil-vjaġġ idum inqas minn 45 minuta.

Gozo Fast Ferry Ltd qalet ukoll li qed taħdem mal-Malta Public Transport bil-għan li tkun tista' tintuża wkoll it-Tallinja Card.

Il-passiġġieri se jkunu jistgħu jkoll iħallsu permezz ta' karti tal-kreditu contactless, mowbajls u anke smart watches.

Id-dettalji dwar il-ħinjiet se jkunu qed jingħataw aktar tard.

More in Politika