'Għadkom ma tafux kemm nixtieq li nkun wara d-DJ stand' - Ziggy jwissi kontra parties privati

Id-DJ popolari Malti Ziggy jappella lil kulħadd, partikolarment liż-żgħażagħ biex jieħdu ftit paċenzja oħra u jwissi lil dawk li qed jorganizzaw parties privati li jistgħu jitfgħu lura lis-settur tad-divertiment kollu li issa ilu xhur wieqaf

Id-DJ popolari Malti Ziggy saħaq kif filwaqt li bħal ħafna jixtieq li jdoqq u jattendi party, iż-żmien għadu mhux opportun u fakkar lil dawk kollha li qed jorganizzaw il-parties, inkluż fid-djar, li qed jagħmlu aktar ħsara milli ġid lis-settur kollu.

Insista li għalih, bħal ħafna, is-settur tad-divertiment mhuwiex sempliċiment passatemp iżda huwa negozju. Fakkar kif dan is-settur ilu xhur wieqaf għal kollux u ma għandu l-ebda indikazzjoni meta se jerġa’ jiftaħ.

“Għadkom ma tafux kemm nixtieq li nkun wara d-DJ stand, indoqq l-aktar diski favoriti. Tedjanti kemm hi tedjanti s-sitwazzjoni, żommu sodi ftit xhur oħra,” insista d-DJ.

Not one to create debates over social media so this post is not about that, it is simply to clarify what some people are...

Posted by Ziggy on Monday, 12 April 2021

Kien hawn li fakkar li bħalissa l-parties ma jistgħux isiru u appella lil dawk li qed jorganizzaw parties privati biex ikunu responsabbli għax vera jistgħu jqattgħu ftit sigħat jieħdu gost iżda l-aġir tagħhom jista’ jwassal biex is-settur idum aktar ma jiftaħ, għad-dettriment ta’ kulħadd. 

Fl-aħħar jiem ħarġu diversi filmati u anke ritratti ta' parties privati li qed ikunu organizzati f'residenza, bil-Pulizija saħansitra jkollha tinvestiga wħud mill-persuni li dehru fihom.

Bir-restrizzjonijiet ta' bħalissa, fil-pubbliku ma jistgħux jiltaqgħu aktar minn żewġ persuni u f'residenza ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ households.

More in Politika