B'48 il-każi tal-Covid-19 jibqgħu baxxi u ma tiġi rreġistrata l-ebda mewt fl-aħħar 24 siegħa

In-numri tat-tieni doża mogħtija terġa tiżdied b'2,000 fl-aħħar 24 siegħa għal total ta' 65,205

Il-każi tal-Covid-19 baqgħu baxxi, filwaqt li r-rata ta' vaċċinazzjoni kompliet taqbad rittmu aktar mgħaġġel.  Fil-fatt fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 48 każ ġdid u fiequ 53 persuna.  Dan ifisser illi t-total ta' każi attivi reġa' niżel għal total ta' 549.

Fl-aħħar 24 siegħa ma kienet reġistrata l-ebda mewt ta' persuna li kienet pożittiva għall-vius, bit-total allura jibqa' bħal bieraħ jew 401. 

Intant f'24 siegħa reġgħu ingħataw ftit iktar minn 2,000 tieni doża, biex issa t-total huwa ta' 65,205.  It-total ta' dożi mogħtijin intant tela' għal 232,335.

More in Politika