In-numri tal-Covid-19 jibqgħu baxxi u stabbli: 55 każ ġdid u 45 ifiequ

Resqin lejn il-230,000 doża tal-vaċċin b'63,114-il persuna li ħadet it-tieni doża wkoll

In-numri tal-każi tal-Covid-19 baqgħu stabbli u baxxi hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 55 każ ġdid minn total ta' 2,227 swab test.  Dan filwaqt illi fiequ 45 persuna oħra biex it-total ta' każ attivi issa huwa ta' 554.

Intant sal-bieraħ in-numru ta' dożi mogħtija kompla jiżdied b'total ta' 227,606 doża mogħtija li minnhom 63,114-il persuna ħadu t-tieni doża wkoll. 

Intant u sfortunatament, persuna oħra tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva għall-virus - anzjan ta' 76 sena - biex it-total ta' persuni li mietu issa tela' għal 401. 

More in Politika