Amministrati aktar minn 223,000 doża tal-vaċċin; 65 każ ġdid u jfiqu 47

L-għadd tal-vittmi issa tela' għal 400 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana oħra

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 65 każ ta' Covid-19 filwaqt li 47 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.

Apparti minn hekk mietet anzjana ta' 78 sena biex issa l-għadd tal-vittmi tela' għal 400.

Bħalissa f'Malta hawn 545 persuna morda bil-Covid-19.

Intant, kompla wkoll it-tilqim hekk kif sa issa 61,111 persuna ħadu ż-żewġ dożi. B'kollox, ġew amministrati 223,020 doża.

Ilbieraħ saru 2,210 testijiet.

More in Politika