Deputat jieħu l-inizjattiva biex jissewwa ħajt li safa vittma ta' att vandalu biswit it-Torri l-Aħmar

Id-Deputat Robert Cutajar appella lil kulħadd biex ikunu mħarsa l-binjiet storici

Wara ħsarat fuq parti mill-ħajt li jinsab mat-taraġ tat-Torri l-Aħmar, id-Deputat Nazzjonalista u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar għen biex dan il-ħajt seta' jissewwa fl-iqsar żmien possibbli.

"Wara l-ħsarat li saru fuq parti mill-ħajt li jinsab mat-taraġ tat-Torri l-Aħmar, il-bieraħ wegħdt lil Din l-Art Helwa li xtaqt nagħti s-sehem tiegħi sabiex mill-aktar fis titranġa din il-ħsara. Tkellimt ma’ tliet bennejja sabiex ġew fil-post u bnew mill-ġdid l-istess ħajt," kiteb Cutajar.

"Kuntent li għamilt il-parti tiegħi sabiex parti mill-patrimonju tagħna l-Maltin jista’ jerġa jitgawda bla periklu. Appell lill-poplu Malti sabiex nibżgħu għal dawn il-binjiet storici sabiex ikomplu jitgawdew mill-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri," temm jgħid.

Wara l-ħsarat li saru fuq parti mill-ħajt li jinsab mat-taraġ tat-Torri l-Aħmar, il-bieraħ wegħdt lil Din l-Art Helwa li...

Posted by Robert Cutajar on Saturday, 27 March 2021

More in Politika