Spanja tneħħi r-restrizzjonijiet u tħejji pjan biex tibda tilqa' turisti mir-Renju Unit

Iżda dan il-pajjiż se jżomm ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-Afrika ta' Isfel u l-Brażil, minn fejn oriġinaw varjanti ġodda tal-Covid-19

Bajja popolari f'Barċellona
Bajja popolari f'Barċellona

Spanja llum ħabbret li se twaqqaf il-projbizzjoni ta' nies li jistgħu jidħlu fil-pajjiż meta jkunu ġejjin mir-Renju Unit.  Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tal-Finanzi Spanjol Maria Jesus Montero qalet illi r-restrizzjonijiet qed jitneħħew hekk kif qed isir progress fil-programm ta' vaċċinazzjoni fir-Renju Unit. 

Aktar minn hekk, Spanja diġà żvelat pjanijiet sabiex dan il-pajjiż - daqstant popolari ma' miljuni ta' turisti, speċjalment Ingliżi - jilqa' mill-ġdid turisti mir-Renju Unit.   Huwa mistenni li l-passaport tal-vaċċin se jkun qed jibda jintuża ximkien f'Mejju. 

Il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li għadda tat ħarsa estensiva lejn id-Digital Green Pass illi qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea u li se jkun diskuss fil-Parlament Ewropew.  Dan iċ-ċertifikat għandu l-għan li jiffaċilità l-ivvjaġġar minn pajjiż għall-ieħor.  

Montero qalet illi r-restrizzjonijiet se jibqgħu għall-Brażil u l-Afrika ta' Isfel sat-13 ta' April.  Dawn huma l-pajjiżi illi minnhom oriġinaw, tnejn mit-tliet varjanti li bħalissa qed jinxterdu fl-Ewropa. 

More in Politika